Il-Gwerer Puniċi kienu sensiela ta' tlett gwerer miġġielda bejn ir-Rumani u l-belt Feniċja ta' Kartaġni. Jissejħu "Puniċi" għax ir-Rumani baqgħu jirreferu għall-Kartaġiniżi bħala Feniċi, billi l-kelma bil-Latin għall-feniċju għanda l-għerq 'Puniceus'.
Il-kawża prinċipali ta' dawn il-Gwerer Puniċi kien il-konflitt ta' interess bejn il-Kartaġiniżi u ir-Rumani, kawżat minħabba l-espansjoni ta' dawn iż-żewġ superpotenzi tal-Mediterran. Ir-Rumani kienu interessati ħafna fil-portijiet u l-kolonji tal-Kartaġiniżi. Fil-bidu tal-Ewwel Gwerra Punika, Kartaġni kienet tiddomina l-Mediterran, b'imperu marittimu kbir ħafna, filwaqt li Ruma bdiet issir il-mexxejja tal-popli Latini fl-Italja. Fl-aħħar tat-Tielet Gwerra Punika, Ruma kienet rebħet l-imperu sħiħ tal-Kartaġiniżi u ħassret lill-belt ta' Kartaġni minn wiċċ id-dinja, biex b'hekk Ruma saret l-iktar nazzjon potenti fil-Mediterran.
Пунически войни | Punski ratovi | Guerres púniques | Punské války | Puniske krige | Punische Kriege | Punic Wars | Guerras Púnicas | Puunilaissodat | Guerres puniques | Guerras púnicas | Guerre puniche | ポエニ戦争 | Punesch Kricher | Punische oorlogen | Punerkrigene | Wojny punickie | Guerras Púnicas | Пунические войны | Púnske vojny | Пунски ратови | 布匿战争
This article is licensed under the GNU Free Documentation License.
It uses material from the
"Gwerer Puniċi".
Home Page • arts • business • computers • games • health • hospitals • home • kids & teens • news • physicians • recreation• reference • regional • science • shopping • society • sports • world