__NOTOC__
Frankinċens huwa reżina aromatika ottenut mis-siġra Boswellia thurifera jew B. sacra. Huwa wżat fl-inċens.
Frankinċens (liema isem jirreferi għall-preminenza bħala inċens veru jew frank) huwa magħruf ukoll bħala olibanu, kelma li ġejja mill-Għarbi al-lubán ("il-ħalib"), bħala riferenza għas-sustanza mħallba estratta mis-siġra ta' l-olibanu.
Frankinċens kien jiġi wżat ħafna f'riti reliġjużi. Skond il-Vanġelu ta' Mattew 2:11, deheb, (frank)inċens u mirra kienu t-tliet rigali li l-Maġi ġabu lil Ġesù mil-Lvant. L-iżvilupp tal-Kristjaneżmu ħonoq is-suq tal-frankinċens fir-Seklu IV, deżertifikazzjoni għamlet ir-rotot tal-karovana li jgħaddu minn Rub al Khali jew 'Kwartier Vojt' ta' l-Arabja itkar diffiċli, u żieda fil-ħtif minn nomadi Parthian fil-Lvant Qrib, kollha għenu biex nixxfu s-suq tal-frankinċens wara ċa 300 WK.
Jingħad li l-Imperatur Ruman Neruni ħaraq ħażna ta' sena ta' frankinċens li kien intiż għall-belt tar-Ruma fil-funeral ta' martu, Poppaea.
Il-belt mitlufa ta' Ubar, xi drabi identifikata ma' Irem, f'dak li hu l-Oman illum il-ġurnata, huwa mifhum li kien ċentru tas-swieq ta' frankinċens tul 'Triq ta' l-Inċens' li reġgħet ġiet skoperta riċentement. Ubar kienet ġiet skoperta fil-bidu tas-Snin 90 u attwalment eżkavazzjoni arkeoloġika.
Frankincense | Franchincenso | Weihrauch | Olíbano | Franchincenzu | 乳香
This article is licensed under the GNU Free Documentation License.
It uses material from the
"Frankinċens".
Home Page • arts • business • computers • games • health • hospitals • home • kids & teens • news • physicians • recreation• reference • regional • science • shopping • society • sports • world